Wikipedija:Dwar

Is-sit eletroniku wikipedia.org, il-paġna prinċipali għal kull lingwa fuq il-wikipedija.
Is-sit eletroniku wikipedia.org, il-paġna prinċipali għal kull lingwa fuq il-wikipedija.

Wikipedija (pronunzjata /ˌwiːkiˈpiːdiə/ jew /ˌwɪkiˈpiːdiə/) huwa proġett enċiklopediku b'kontenut ħieles li huwa bbażat fuq websajt multilingwali. L-isem Wikipedija hija kumbinazzjoni ta' kliem wiki (tip ta' sit elettroniku kollaborattiv) u enċiklopedija. L-artikli tal-Wikipedija jipprovdu links biex jigwidaw utent għal paġni relatati b'aktar informazzjoni.

Il-Wikipedija hija miktuba kollaborattivament minn voluntieri minn madwar id-dinja. Mill-ħolqien tagħha fl-2001, il-Wikipedija kibret malajr fl-akbar sit elettroniku ta' referenza, li tiġbed lejha mill-inqas 684 miljun viżitatur annwalment sa l-2008. Hemm aktar minn 75,000 kontributur attiv li jaħdmu fuq aktar minn 10,000,000 artiklu f'aktar minn 250 lingwi. Bħalissa hemm 2,147 artiklu bil-Malti; kuljum mijiet ta' eluf ta' viżitaturi minn madwar id-dinja jagħmlu eluf ta' modifiki u joħolqu eluf ta' artikli ġodda biex iżidu ma' l-għerf miġbura mill-enċiklopedija tal-Wikipedija. (Ara wkoll:Wikipedija:Statistiċi).

Viżitaturi m'għandhomx ikollhom kwalifikazzjonijiet speċjalizzati sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom, minħabba li l-rwol ewlieni tagħhom huwa li jiktbu artikli li jkopru għerf eżistenti; dan ifisser li kull persuna ta' kull żmien, u minn kwalunkwe sfond kulturali u soċjali jista' jikteb artikli fuq il-wikipedija. Ħafna mill-artikli jistgħu jiġu modifikati minn kulħadd b'aċċess għall-Internet, sempliċiment billi jagħfas il-link "modifika din il-paġna". Kulħadd huwa merħba biex iżid informazzjoni, referenzi u ċitazzjonijiet, sakemm dawn ikunu fl-ispirtu tal-politika tal-modifikar tal-Wikipedija u huma ta' standàrd meħtieġ. Informazzjoni li mhijiex ta' standàrd jew li huwa argumentat wisq probabli jiġi mneħħi. Utenti m'għandhomx jinkwetaw jekk jagħmlu żball b'aċċident meta qegħdin iżidu jew isaħħu l-informazzjoni fuq il-Wikipedija, minħabba li modifikaturi oħrajn huma dejjem hemmhekk biex jagħtuk avviż jew jirranġaw żballji ovvji, u s-software tal-Wikipedija huwa disinjat tajjeb biex ikun jista' jirranġa żbalji ta' modifikar faċilment.

Minħabba li l-Wikipedija huwa proġett miftuħ, teknikament kulħadd jista' jagħmel kontribuzzjoni, u għalhekk hu differenti minn sorsi oħra ta' referenzi li huma bbażati fuq karta, f'affarijiet importanti. Partikolarment, artikli antiki jkunu aktar bilanċjati u jitgħarfu, madankollu artikli ġodda aktar ta' spiss jkun fihom informazzjoni ħażina sinjfikanti, kontenut mhux enċiklopediku, jew vandaliżmu. L-utenti jrid jkollhom għarfien ta' dan sabiex ikunu jistgħu jġibu informazzjoni valida u tiġi evitata informazzjoni ħażina li ġiet miżjuda riċentament u għad ma ġietx imneħħija (ara Tfittxija bil-Wikipedija għal aktar dettalji). Minkejja dan, il-Wikipedija qegħdha tiġi kontinwament aġġornata mhux bħal sors ta' referenza tal-karta, b'ħolqien u aġġornament ta' artikli fuq avvenimenti topikali fir-rata ta' sekonda, minuti jew siegħat, aktar milli xhur jew snin kif issir f'enċiklopediji printjati.

Aħna nistiednuk li tieħu ftit ħin biex taqra X'inhu Wikipedija (u x'mhix), sabiex ikollhok għarfien ta' kif għandhek tikkonsulta u tikkontribwixxi fil-Wikipedija. Aktar informazzjoni fuq suġġetti prinċipali jinsabu hawn taħt. Jekk inti mintiex issib dak li qiegħed tfittex, prova:

L-aktar mistoqsijiet frekwenti, avviż għall-ġenituri, jew ara fejn għandhek tistaqsi mistoqsijiet. Għal għajnuna bil-modifiki u affarijiet oħrajn, ara Għajnuna:Kontenut.

Werrej

[editja] Dwar il-Wikipedija

[editja] Storja tal-Wikipedija

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Storja tal-Wikipedija.

Il-Wikipedija kienet kontinwazzjoni ta' Nupedija, proġett li issa huwa abbondanat biex joħloq enċiklopedija ħielsa. Nupedija kella sistemà elaborattiva ta' reviżjoni ta' impar u kellha bżonn kontributuri kwalifikati mhux ħażin, iżda l-kitba ta' l-artikli kienet bil-mod ħafna. Waqt is-sena 2000, Jimmy Wales, il-fundatur tal-Nupedija, u Larry Sanger, li kien impjegat minn Wales biex jaħdem fuq il-proġett, iddiskutew modi sabiex Nupedija jkollha proġett komplimentarju li jkun aktar miftuħ. Ħafna sorsi ġew suġġeriti għall-idea ta' wiki li jħalli membri tal-pubbliku li jagħti kontribuzzjoni ta' materjal, u b'hekk l-ewwel wiki tal-Nupedija mar fuq l-internet fil-10 ta' Jannar.

Kien hemm reżistenza kunsiderabbli min-naħa ta' modifikaturi tan-Nupedija u r-revedituri għall-idea li Nupedija ssir websajt fil-format ta' wiki, għalhekk il-proġett il-ġdid ingħata l-isem ta' "Wikipedija" u ngħata dominazzjoni għalih, wikipedia.com, fil-15 ta' Jannar (magħrufa issa bħala "il-ġurnata tal-Wikipedija" minn ċerta utenti). Il- bandwidth u s-server (f'San Diego) ġew mogħtija lil Wales. Impjegati passati u kurrenti oħrajn ta' Bomis li ħadmu fuq il-proġett jinkludu Tim Shell, wieħed mill-fundaturi ta' Bomis, l-uffiċċjal kap eżekuttiv kurrenti, u programmatur Jason Richey. Id-dominazzjoni kienet eventwalment modifikata għal dik preżenti wikipedia.org meta l-Fondazzjoni Wikimedia ta' bla profitt kienet fundata bħala l-organizzazzjoni suprema tagħha, b'hekk id-dominazzjoni .org kellha tintuża' biex turi n-natura mhux kummerċjali tagħha. F'Marzu 2007, il-kelma wiki saret kelma Ingliża aċċettata. [1]

F'Mejju 2001, Wikipediji mhux Ingliżi ġew mibdija - Katalan, Ċiniż, Olandiż, Esperanto, Franċiż, Ġermaniż, Ebrajk, Taljan, Ġappuniż,Portugiż, Russu, Spanjol, u Żvediż; lingwi oħrajn segwu li inkludu l-Għarbi u l-Ungeriż.[2] F'Settembru,[3] il-Polakk kien miżjud u aktar importanza ngħatat lill-proviżjoni multilingwali tal-Wikipedija. Fl-aħħar tas-sena, il-verżjonijiet Afrikaans, Norveġjan, u Serbokroazzjan kienu nbdew. Il-verżjoni Maltija inbdiet f'Settembru 2004.

[editja] Trejdmarks u proprjetà letterarji

Il-Wikipedija hija trejdmark reġistrata tal-Fondazzjoni Wikimedia ta' bla profit, li ħolqot familja sħiħa ta' proġetti. Fuq dawn il-proġetti kollha inti merħba li tkun qalbieni u tagħmel modifiki fl-artikli, fejn iżżid ma' l-għarfien b'mod kollaborattiv.

Kull kelma fil-Wikipedija, u ħafna stampi u kontenut ieħor huwa koperti mill-GNU Free Documentation License (GFDL). Kontribuzzjonijiet jibqgħu proprjetà tal-kreaturi, iżda fl-istess ħin il-liċenżja GFDL tagħmel żgur li l-kontenut huwa distributtiv u riproduċibbli. (Ara l-avviż tal-proprjetà letterarja u ċ-ċaħda kontenut għal aktar informazzjoni.)

[editja] Kontributuri tal-Wikipedija

Biex tapprofondixxi, ara l-artikli: Wikipedija:Min jikteb il-Wikipedija u Wikipedija:Wikipedijan.

Kwalunkwe persuna li għandu aċċess għall-internet jista' jagħmel modifiki fuq Wikipedija, u dan il-ħelsien jagħti spinta ta' inklussività ta' ammont kbir ta' kontenut. Hemm 1,036 utenti - minn skolari esperti għal qarrejja każwali - jagħmlu modifiki fuq il-Wikipedija, u dawn l-edituri esperjenzati ta' spiss jgħinu fil-ħolqien ta' stil konsistenti fl-enċiklopedija, skont il-Manwal ta' l-istil.

Fi ħdan Wikipedija hemm bosta mezzi sabiex jgħinu membri tal-Wikipedija jagħmlu xogħol importanti fil-bini tar-riżorsi ta' kwalità għolja filwaqt li żżommu ċivilità. Modifikaturi jkunu jistgħu josservaw paġni, u dawk tekniċi jkunu jistgħu jiktbu programmi biex iżommu reġistru u mezz biex jikkoreġġu il-modifiki ħżiena. Hemm 3 amministraturi b'kollox u għandhom poteri speċjali sabiex jagħmlu żgur li jinżamm livell ta' dixxiplina skont il-gwida u politika tal-Wikipedija. Fejn ma jkunx hemm qbil dwar kif il-fatti għandhom jiġu murija, modifikaturi jaħdmu flimkien biex jaslu għal artiklu li tirrepreżenti l-opinjoni esperta kurrenti fuq is-suġġett. Modifikaturi li ma jaħdmux ma' oħrajn b'mod ċivili jistgħu jiġu imkeċċija temporanjament jew għal dejjem milli jkunu jistgħu jagħmel modifiki fil-Wikipedija minn amministratur.

Għalkemm is-sit huwa tal-fondazzjoni tal-Wikimedia, hija fil-biċċa l-kbira mhux involuta fil-kitbiet ta' l-artikli u fit-tmexxija tas-sit.

[editja] Il-Fondazzjoni Wikimedia

Biex tapprofondixxi, ara l-artikli: Fondazzjoni Wikimedia u m:Main Page.

Il-Fondazzjoni Wikimedia, Inc. hija organizazzjoni tal-karità bla profit li ġiet fondata f'San Pietruburgu, Florida, fl-Istati Uniti fl-2002, u għandha l-kwartieri tagħha f'San Francisco, California. Il-Fondazzjoni taħdem bħala paraventu legali għall-Wikipedija u l-proġetti subordinati kollha relatati, u hija s-sid ta' kull trejdmark u drittijiet tal-propjetà intelletwali tal-Wikipedija. Kważi kull funzjoni huma meħuda mill-voluntieri ġewwa l-komunità tal-Wikipedija, supplementata minn ftit ħaddiema mħallsa, Bord ta' l-Avviżi ta' madwar 15-il individwu espert, u l-Bord tal-Kuraturi. Diviżjonijiet tal-fondazzjoni jeżistu u huma miżjuda b'manjiera kurrenti, f'numru ta' pajjiżi, li jagħtu importanza 'l informazzjoni referenzata, pubblikazzjoni, fondi, u proġetti oħrajn speċifiċi mal-lokazzjoni.

Fil-livell ta' proġett, il-fondazzjoni tidderieġi l-politika globali, drawwiet u faċilitajiet tal-Wikipedija f'kull lingwa u l-proġetti tagħha, tipprovdi dħul legali u propjetà intelletwali kif rikjest, u hija formalment responsabbli għall-iżvillup tas-software b'sors miftuħ tal-Wikipedija (Mediawiki) waqt li r-rikjesti jinbidlu.

Fid-dawl tas-skop tagħha li toħloq materjal ta' referenza b'xejn għal kull persuna, il-fondazzjoni tħaddem ukoll Metawiki fejn affarijiet relatati ma' kull proġett, diskussjonijiet globali jiġu diskussa, u politiki globali jiġu formalment dokumentati u żviluppati, u inkubatur għal proġetti ġodda u lingwi ġodda, sabiex tħaffef l-iżvillup tagħhom fl-istadji bikrin. Minn Awissu 2007 hemm madwar 100 proġetti ta' referenza ġodda f'bosta stadji ta' żvillup li nbeda minn membri tal-Wikipedija u kommunitajiet relatati.

[editja] Impjegati

Jannar 2008 Mudell ta' l-impjegati ta' l-Organizzazzjoni tal-Wikimedia
Jannar 2008 Deskrizzjonijiet ta' l-impjegati ta' l-Organizzazzjoni tal-Wikimedia

Il-funzjonijiet tal-Fondazzjoni Wikimedia kienu, għal l-ewwel ftit snin, totalment imwettqa mill-voluntieri. Fir-rebbiegħa ta' l-2005, il-fondazzjoni kellha biss żewġ impjegati, Danny Wool u Brion Vibber. Għalkemm in-numru ta' impjegati kiber, ħafna mix-xogħol baqa' jiġi mwettaq mill-voluntieri, filwaqt li l-fondazzjoni għandha biss ftit impjegati.

Fis-16 ta' Ġunju, 2006, Brad Patrick, li qabel kien prokuratur li kien għamel ftit xogħol pro bono mal-fondazzjoni fil-bidu tal-ħarifa ta' l-2005, inħatar avukat ġenerali u interim direttur eżekkutiv. Patrick kelli l-kariga li jassisti l-bord fit-tfittxija għal direttur eżekuttiv permanenti.[4]

Mill-4 ta' Ottubru, 2006, Il-Fondazzjoni tal-Wikimedia kellha ħames impjegati mħallsin: żewġ programmaturi (maniġer tas-software Brion Vibber f'California u l-amministratur tas-server Chad Perrin f'Tampa); "biex tirrispondi it-telefons", l-assistenta amministrativa Barbara Brown; għal ġbir ta' fondi u donazzjonijiet, Danny Wool, u biex jidderieġi, interim direttur eżekuttiv Brad Patrick.[5]

Mit-8 ta' Diċembru, 2006, il-lista tal-uffiċjali kurrenti tal-Fondazzjoni tal-Wikimedia semmiet tliet kontraturi tekniċi independenti oħrajn (Kyle Anderson li huwa minn Tampa bħala maniġer tal-hardware li jaħdem fuq bażi part-time, Tim Starling bħala żvillupatur tas-software MediaWiki li jaħdem fuq bażi full-time , u Mark Bergsma bħala koordinatur tan-networking li jaħdem fuq bażi part time).

Brad Patrick waqaf l-attività tiegħu bħala interim direttur f'Jannar 2007 imbgħad irreżenja mill-pożizzjoni tiegħu bħala prokuratur legali f'April 2007.

F'Jannar 2007, Carolyn Doran inħatret Kap Uffiċjal Operattiv u Sandy Ordonez saret Maniġer tal-Kommunikazzjoni.[6] Doran beda jaħdem fuq bażi part-time fil-qasam tal-finanzi għal fondazzjoni fl-2006 wara li kien intbgħat minn aġenzija temporanja.

Danny Wool, uffiċjalment il-koordinatur tad-donazzjonijiet iżda involut bil-kbir fil-ġbir ta' fondi u żvillup kummerċjali, irreżenja f'Marzu 2007. F'April 2007, il-fondazzjoni żiedet pożizzjoni ġdida dik ta', Koordinatur tal-Kapitlu, u inħatret Delphine Ménard, f'din il-pożizzjoni li qabel kienet Koordinatur tal-Voluntieri, sabiex tieħu din il-pożizzjoni. Cary Bass inħatret biex tieħu post Ménard.

F'Mejju 2007, Vishal Patel ġie impjegat sabiex jassisti fl-iżvillup kummerċjali.[7]

F'Lulju 2007, Mike Godwin ġie impjegat bħala prokuratur legali u koordinatur legali.[8] Fl-istess xahar, Carolyn Doran telqet minn KUO [9] u Sue Gardner ġiet impjegata bħalha konsulenta speċjali. In-Numru ta' membri uffiċjali li kienu qegħdin fuq bażi full-time, wara dawn il-ħattriet, kien għadu inqas minn għaxra.[10]

F'Diċembru 2007, f'stqarrija mill-Reġistratur[11] li Carolyn Doran li kienet KUO kienet ħatja ta' delitt kriminali, u kienet arrestata waqt li kienet qegħda ssuq taħt l-influwenza tal-alkohol waqt l-impjieg tagħha fil-Fondazzjoni u b'storja kriminali sustanzjali, li tinkludi l-qtil tal-għarus tagħha u multi u kompliċità fi frodi bl-użu tal-karta tal-kreditu.[12]

[editja] 2008

Jannar 2008:

  • San Francisco, California, Stati Uniti:
    • Cheryl Owens (kien magħruf bħala Steffen):L-Assistent ta' Sue Gardner, ġdid; beda fl-10 ta' Diċembru, 2007.
    • Erica Ortega: Maniġer tal-Uffiċju, gdida; bdiet fl-10 ta' Diċembru, 2007.
    • Brion Vibber: L-ewwel impjegat tal-fondazzjoni; Kap Uffiċjal Tekniku (KUT);
    • Cary Bass: Koordinatur tal-Voluntieri;
    • Kul Takanao Wadhwa:Mexxejja tal-Iżvillup Kummerċjali, bdiet fit-3 ta' Jannar, 2008;
    • Erik Möller: Ġdid bħala uffiċjali però kien membru tal-bord tal-kuraturi; Deputat Direttur; beda fil-31 ta' Diċembru, 2007
    • Mike Godwin: Prokuratur Legali, beda f'Lulju 2007; fl-uffiċju ta' San Francisco fit-30 ta' Jannar, 2007.
    • Sue Gardner: Direttur Eżekuttiv (DE), bdiet f'Ġunju 2007.
  • Barra mill-Istati Uniti:
    • Tim Starling: Żvillupatur tas-Software, Awstralja;
    • Delphine Ménard : Koordinatur tal-Kapitli, Frankfurt;
    • Mark Bergsma: Amministratur tas-Sistema, Eindhoven, Olanda;
    • Jay Walsh: Mexxejja tal-Kommunikazzjoni, ġdida, Vancouver Island, Kanada; bdiet fl-10 ta' Jannar, 2007.
  • San Petersburgu, Florida, Stati Uniti:
    • Barbara Brown: Maniġer tal-Uffiċju;
    • Sandy Ordonez: Kommunikazzjonijiet;
    • Vishal Patel: Żvillupatur kummerċjali;
    • Oleta McHenry: Finanzi;
    • Rob Halsell: Maniġer tat-Teknoloġija Informatika u Amministratur tas-Server.

Frar 2008:

Vernoque Kessler inħatret Kap tal-Finanzi u Uffiċjal Operattiv (KFUO) fl-4 ta' Frar 2008.

[editja] Tagħmel l-Aqwa Użu tal-Wikipedija

[editja] Esplora aktar dwar il-Wikipedija

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Għajnuna:Esplora lill-Wikipedija.

Ħafna viżitaturi jiġu f'dan is-sit sabiex iżiedu mal-għarfien tagħhom, oħrajn jiġu sabiex jaqsmu l-għarfien tagħhom ma' l-oħrajn. Fil-fatt, f'dan l-instant, tużżani ta' artikli qegħdin jiġu mtejjbin, u artikli ġodda qegħdin jiġu maħluqa. Inti tista' ukoll tara modifiki kif qegħdin jiġru fil-paġna ta' modifiki riċenti. Inti tista' tara artikli kwalunkwe. Il-Kommunità tal-Wikipedija tinnomina artikli, biex turi l-aqwa artikli fil-Wikipedija. Ħafna oħrajn jingħataw preġju ta' artikli tajbin. Wikipedija għanda wkoll portali, li tirranġa l-kontenut madwar iż-żoni tas-suġġetti. Inti tista' ukoll tfittex għal artikli bl-użu tal-kaxxa tat-tfittxija fuq in-naħa tax-xellug tal-istampa.


wymiana linkami SEO Tools system wymiany linków tanie kredyty gotówkowe kreatyna Plaza 3 star hotel Los Angeles krynica noclegi Sejm Tyk