Wikibooks

Wikibooks
Wikibooks

Il-Wikibooks, li qabel kienet taħt l-isem ta' Wikimedia Free Text Project u anki taħt Wikimedia Textbooks huwa proġett tal-Fondazzjoni Wikimedia għall-kreazzjoni ta' kontenut bla ħlas ta' textbooks u manwali.

Werrej

[editja] Storja

Dan il-wiki beda fl-10 ta' Lulju, 2003, fejn fih wieħed jista' jsib textbooks bla ħlas u testi annutati li huma miktuba kollaboritivament fuq is-sit. Billi dan is-sit huwa wiki, kull persuna jista' jeditja moduli tal-kotba mingħajr il-kontribuzzjonijiet li jsiru jiġu riveduti.

Dan il-proġett infetaħ bħala risposta għal xewqa ta' Karl Wick, kontributur tal-Wikipedija, għal post fejn fih ikollu kontenut b'xejn fuq xi kotba tat-testi fuq il-kimika u l-fiżika.

[editja] Kontenut

Il-kobor ta' l-ikbar seba' siti tal-Wikibooks (skond il-lingwa), bejn Lulju 2003 u April 2007
Il-kobor ta' l-ikbar seba' siti tal-Wikibooks (skond il-lingwa), bejn Lulju 2003 u April 2007

Xi ftit kotba huma oriġinali, waqt li testi oħrajn huma ikkupjati minn minn fonti li jipprovdu kontenut ta' textbooks b'xejn fuq l-internet. Il-kontenut ta' dawn is-siti huma miksija permezz tal-GNU Free Documentation License (GFDL). Dan ifisser li l-kontribuzzjonijiet jibqgħew taħt proprjetà letterarja tal-kreaturi, waqt li l-liċenzja copyleft tassigura li l-kontenut jibqa' distribwit u riproddut b'xejn.

Wikiboos huwa differenti mill-Wikisource, fejn il-kontenut tal-Wikibooks ikun mistenni li jkun imbiddel mill-parteċipanti. Però, dokumenti li għandhom sors bħat-test oriġinali tal-plays ta' Shakespeare huma ospitati fuq Wikisource.

[editja] Sotto-proġetti

Il-Wikibooks hi mqassma f'żewġ sotto-proġetti, li wżaw lill-Wikibooks bħala inkubatur.

[editja] Wikijunior

Wikijunior kien ġie propost bħala proġett tal-Wikimedia. Is-sit elettroniku ta' dan il-proġett huwa http://wikijunior.org/ u dan kien reġistrat mill-Fondazzjoni Wikimedia b'anteċipazzjoni li jkun sotto-proġett fil-futur.

[editja] Wikiversità

Wikiversità beda fl-2006, meta l-Wikiversità Ingliża saret wiki indipendenti. Xi kontenut li kien fuq il-Wikibooks Ingliża kien ġie trasferit għall-proġett tal-Wikiversità. Minn Awwissu ta' l-2006, Wikiversità huwa proġett separat.

[editja] Ħoloq Oħra


Proġetti tal-Fondazzjoni Wikimedia
Commons | Wikibooks (Wikijunior) | Wikizzjunarju | Wikinews | Wikipedija | Wikiquote | Wikisource | Wikispecies | Wikiversità
Wikimedia | Wikimedia Incubator

SEO Tools system wymiany linków kreatyna Gry Online Plaza 3 star hotel Los Angeles krynica noclegi Kredyty odnawialne